Metsola tifraħ b' "paġna sewda" ta' Malta | One News

Notifiki

Metsola tifraħ b’ “paġna sewda” ta’ Malta

Kompliet toħroġ id-differenza bejn il-mod kif jitkellmu dwar Malta r-rappreżentanti tal-Partit Laburista u tal-Partit Nazzjonalista barra minn xtutna.

Fil-Parlament Ewropew it-Tnejn filgħaxija l-Ministru Owen Bonnici u l-ewroparlamentari Laburista Miriam Dalli fissru kif argumenti dwar pajjiżna, instigati minn MEPs Nazzjonalisti fl-aħħar snin, ma kienu xejn għajr għajdut fiergħa li m’għandhomx mill-verità.

F’kumitati differenti kien spjegat bl-iktar mod ċar kif Malta għandha istituzzjonijiet u liġijiet b’saħħithom kemm f’dik li għandha x’taqsam taxxa, kif ukoll f’dik li hi s-saltna tad-dritt.

Quddiem Membri tal-Parlament Ewropew, il-Ministru Bonnici fakkar kif minn sitt snin ilu sal-lum pajjiżna għamel riformi kbar fil-liġijiet tiegħu.

Hawn il-Ministru Owen Bonnici kellu kliem iebes għal min juża l-istituzzjonijiet fl-arena politika partiġġjana.

Parti kbira mid-diskors tiegħu l-Ministru Bonnici ddedikaha għall-miżuri li ħadet Malta biex tiġġieled il-ħasil ta’ flus u ssaħħaħ is-sistema tal-ġustizzja.

Iżda, mhux kull Malti fil-Parlament Ewropew kien qiegħed jitkellem favur pajjiżna.

Għal darb’oħra Roberta Metsola, l-MEP tal-Partit Nazzjonalista, tkellmet dwar riżoluzzjoni li kkritikat lill-Malta. Riżoluzzjoni li hi kienet parti mit-tfassil tagħha u li bħal donnu ħadet gost li jpinġi stampa kerha ta’ Malta.

Dlonk it-tweġiba tal-MEP Miriam Dalli li fissret kif ir-riżoluzzjoni hija waħda partiġġjana li saħansitra tmur lil hinn minn dak propost mill-Kummissjoni Venezja. Kummissjoni li ġiet Malta tagħmel rapport fuq stedina tal-istess kumitat.

Dr Dalli fakkret kif pajjiżi kbar b’każi ferm ikbar minn uħud li ssemmew f’Malta kellhom trattament differenti.

Qabel ma’ dan l-argument iċ-ċermen tal-kumitat li fih kienet qed issir id-diskussjoni, meta fl-aħħar iddikjara kif MEPs fl-istess kumitat mhux ikunu konsistenti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend