Malta tiġġenera 7.2% tal-enerġija tagħha minn sorsi nodfa ta' enerġija | One News

Notifiki

Malta tiġġenera 7.2% tal-enerġija tagħha minn sorsi nodfa ta’ enerġija

Sas-sena 2017 Malta irnexxielha tiġġenera 7.2% tal-enerġija tagħha minn sorsi nodfa tal-enerġija. Dan ifisser 2.8% biss inqas mill-mira ssuġġerita mill-Unjoni Ewropea.

Statistika mill-Eurostat turi kif meta Malta saret membru tal-Unjoni Ewropea, kienet biss tipproduċi 0.1% ta’ enerġija nadifa.

L-istatistika turi wkoll żieda konsistenti f’dik li hija enerġija nadifa minn 4.7% fl-2014 għal 7.2% fl-2017.

Madanakollu, l-istatistika tal-Eurostat tikkonferma li Malta qiegħda f’konformità biex jintlaħqu l-miri tagħha sal-2020.

‘Il fuq minn 22,000 dar jibbenefikaw minn kont ta’ elettriku aktar baxx grazzi għall-uzu tas-sistemi fotovoltaiċi b’aktar minn 130 mw minn instalazzjoni ta’ pv sal-aħħar tal-2018.

Il-Gvern fi stqarrija qal li jinsab kommess li jipprovdi sostenn u sapport għall-investiment lokali għal enerġija riċiklata biex jilħaq il-mira tiegħu.


Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend