Kumpens wara li nkisrulu jeddijietu | One News

Notifiki

Kumpens wara li nkisrulu jeddijietu

Il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-bniedem ordnat lill-awtoritajiet iħallsu lil Emanuel Ciantar ta’ 55 sena kumpens ta’ €3,000.

Ciantar, missier Maximillian Ciantar magħruf għall-ksur tar-regolamenti tat-traffiku saħaq li nkisirlu d-drittijiet tiegħu wara li żewġ vetturi li huma f’ismu baqgħu jinżammu mill-awtoritajiet Maltin, anke wara li nħarġet ordni biex dawn jingħatawlu lura.

Il-karozzi kienu inqabdu mill-Pulizija f’żewġ inċidenti li kien involut fihom ibnu Maximillian fosthom meta darab gravi tewmien f’Ħ’Attard.

Għal Ciantar deher l-Avukat Joe Brincat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend