Il-PL jilqa' l-qbil tal-PN mar-reklamazzjoni tal-art | One News

Notifiki

Il-PL jilqa’ l-qbil tal-PN mar-reklamazzjoni tal-art

Il-Partit Laburista jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar ir-reklamazzjoni tal-art. F’konferenza tal-aħbarijiet intqal li l-Partit Nazzjonalista huwa favur il-kunċett ta’ reklamazzjoni tal-art. Din id-dikjarazzjoni hi pass ‘il quddiem għax dan ifisser li hekk fil-pajjiż jeżisti kunsens wiesgħa dwar kwistjoni tal-ikbar importanza.

Wieħed issa jittama li meta l-pajjiż ikun jeħtieġlu jiddiskuti x’inhuma l-passi li jmiss biex isiru proġetti ta’ dan it-tip, il-Partit Nazzjonalista jipparteċipa b’mod kostruttiv u propożittiv.

Wieħed jittama li l-attitudni tkun differenti minn kif għamel dwar l-isfida tal-iskart fejn minkejja kull stedina li kellu biex ikun parti mid-diskussjoni dwar it-triq ‘il quddiem għażel li joqgħod gallarija biex jilgħab il-logħba politika partiġjana. Dan saħqu l-Partit Laburista fi stqarrija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend