Għadek fiċ-ċans li tara l-wirja għas-sena Marjana fil-mużew 'Il-Ħaġar' | One News

Notifiki

Għadek fiċ-ċans li tara l-wirja għas-sena Marjana fil-mużew ‘Il-Ħaġar’

Il-Wirja speċjali għas-Sena Marjana Djoċesana  fil-mużew Il-Ħaġar (Pjazza San Ġorġ, Victoria) se titwal b’xi jiem, minħabba talbiet għal iktar opportunitajiet biex tiġi ammirata din il-firxa wiesgħa ta’ pitturi u oġġetti oħra tal-arti, offruti minn individwi u istituzzjonijiet, f’arranġament tematiku.

SUB TUUM PRAESIDIUM issa se tibqa’ miftuħa sal-Ħadd 17 ta’ Frar, meta eċċezzjonalment il-mużew mhux se jagħlaq qabel it-8pm. Il-ħinijiet normali huma 9am – 5pm, bla ħlas tad-dħul.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend