Darren Abdilla jirriżenja minn kowċ ta' Gzira U. | One News

Notifiki

Darren Abdilla jirriżenja minn kowċ ta’ Gzira U.

Darren Abdilla m’għadux l-kowċ ta’ Gżira United F.C.. Dan ħabbru l-kowċ innifsu permezz tal-paġna tiegħu fuq facebook dalgħodu.

Huwa mifhum li għall-ewwel il-president tat-tim Sharlon Pace m’aċċettax ir-riżenja ta’ Abdilla iżda Abdilla insista li għal ġid tat-tim ikun aħjar li hu ma jibqax jmexxi lill-maroons.

L-ex kowċ ta’ Valletta Football Club, Qormi F.C. u Tarxien Rainbows FC fost l-oħrajn Jesmond Zerafa huwa l-favorit li jieħu f’idu t-tmexxija tat-tim tal-anqas sal-aħħar tal-istaġun.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend