Bħal-lum 139 sena ilu twieled Dun Ġorġ Preca – il-Qaddis Malti – One News

Notifiki

Bħal-lum 139 sena ilu twieled Dun Ġorġ Preca – il-Qaddis Malti

Illum 12 ta’ Frar is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija tiċċelebraw jum it-Twelid tal-qaddis Malti San Ġorġ Preca. Hu twieled fit-12 ta’ Frar tal-1880.

Preca kien il-Fundatur tas-soċjetà nnifisha magħrufa aħjar bħala l-MUSEUM. L-iskop kien li jinxtered tagħlim Kattoliku u dwar il-ħajja ta’ Kristu lit-tfal u ż-żgħażagħ Maltin f’kull parroċċa.

Għal bidu kien hemm ħafna xettiċiżmu dwar din is-soċjetà iżda malli ngħeleb kull ostaklu, il-MUSEUM inxtered anke barra minn xtutna fosthom fl-Awstralja, fis-Sudan, fl-Ingilterra, fil-Kenya, fl-Albanija u fil-Peru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend