Theresa May u Jeremy Corbyn jidhru li jinsabu lesti biex ikollhom aktar taħditiet dwar Brexit.
Dan wara li l-Prim Ministru Ingliż wieġbet għall-ittra li l-mexxej tal-Partit Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn bagħtilha l-ġimgħa li għaddiet.
Hija qalet li trid li ż-żewġ naħat jiddiskutu arranġamenti alternattivi dwar il-kwistjoni tal-Irlanda. Fl-ittra, May ma rrifjutat l-ebda kundizzjoni li għamlilha Corbyn.
S’issa m’hemm l-ebda data kkonfermata għal laqgħa li jmiss.
Sadanittant, is-Segretaru għall-Affarijiet dwar Brexit Steve Barclay u n-Negozjatur tal-Unjoni Ewropea Michel Barnier se jkollhom taħditiet fi Strasburgu. Dan wara li l-Unjoni Ewropea u timijiet ta’ negozjati ta’ Brexit għandhom qed jiddiskutu tibdil propost għall-ftehim.