Se jiġi organizzat kunċert mis-Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta – One News

Notifiki

Se jiġi organizzat kunċert mis-Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta

Is-Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta A.D. 1987 se tippreżenta Cum Canto Oremus (Bil-Mużika Nitolbu), Kunċert Sinfoniku u Messa Solenne alla Beata Vergine Maria nhar is-Sibt 23 ta’ Frar 2019 fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl l-Imdina fit-8.00pm. 

Dan il-kunċert se jkun taħt id-direzzjoni tal-Assistent Surmast Direttur Mro Christopher Vella. Il-mużika u l-quddiesa għandha kompożizzjoni tal-istess Assistent Surmast Direttur Mro Christopher Vella. Bis-sehem tas-Soprano Rosabelle Bianchi, l-Mezzo Soprano May Caruana, t-Tenore Charles Vincenti, l-Baritone Pio Dalli, l-Kantanta Michela Dalli u l-Pianista John Cutajar.

Dan il-kunċert se jsir bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali San Ġiljan u se jkun taħt il-Patroċinju tal-Wisq Reverendu Provinċjal tal-Ordni Karmelitan f’Malta Patri Joe Saliba O.Carm.

Dan il-kunċert qed jiġi mtellgħa b’risq l-Istituti tal-Ursolini. Fil-Katidral mhux permess li jintlibsu tkaken stiletto jew irqaq.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend