Alb Aleksander ta’33 sena mis-Serbja u li joqħgod il-Mellieħa ġie kkundannat xahar ħabs sospiż għal sena wara li nstab ħati li pprova jisraq minn supermarket fil-Mellieħa.
Il-Qorti ordnat ukoll li r-raġel jiġi ddeportat lejn pajjiżu wara li rriżulta li kien ilu jgħix Malta illegalment għal dawn l-aħħar sentejn.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Godwin Scerri qalet li r-raġel inqabad ħiereġ mis-supermarket b’xirja ta’ €267.
Ir-raġel qal lill-pulizija li huwa pprova jisraq l-oġġetti mis-supermarket għax kien qiegħed u ma kienx fadallu flus. Żied jgħid li ried isostni lilu nnifsu u lis-sieħba tiegħu li qed tistenna tarbija.
Il-Qorti wissiet lir-raġel li seta’ jintbagħat tliet xhur ħabs. Il-Prosekuzzjoni ma insistitx għal sentenza ta’ ħabs effettiva għax qalet li l-akkużat radd l-oġġetti u kkopera.