L-istudenti aktar favur it-tracksuit | One News

Notifiki

L-istudenti aktar favur it-tracksuit

Bdiet it-tieni fażi ta’ konsultazzjoni fost l-istudenti tal-iskejjel primarji dwar l-uniformijiet wara li l-ġimgħa l-oħra aktar minn 1,000 student fl-iskejjel medji u sekondarji tal-istat ħadu sehem fi proċess ta’ votazzjoni dwar jekk jippreferux  tracksuit komda u sportiva jew uniformi kif inhi preżenti.

ONE News żar l-iskola primarja taż-Żurrieq, waħda mill-iskejjel li fihom grupp ta’ 13-il student li ddiskutew bejniethom kif jixtiequ jmorru lebsin l-iskola.

L-istudenti kollha qablu li jmorru l-iskola bi t-tracksuit. Qalu li tracksuit hija aktar komda, faċli biex tintlibes u għandha materjal ħafif. Oħrajn tkellmu dwar id-differenza bejn l-uniformi tas-subien u tal-bniet.

Studenta qalet li: “Għax jekk eżempju jekk, ħafna girls iħobbu l-gymnastics u lanqas ikunu jistgħu jagħmlu xejn. Jien eżempju inħobb nilgħab il-futbol fil-break, imma fis-sajf bid-dublett biex niġri ma tantx.”

Studenta oħra rrimarkat li :“Jien għażilt it-tracksuit għax hija aktar komda u tkun tista’ tiġri aktar biha fil-break u tkun aktar sportiv.”

Studenta oħra differenti qalet:  “Għax iżjed komda u tilbes malajr.”

Student ieħor qal:  “Għax aktar komda u tista’ tiċċaqlaq aktar biha.”

Minkejja li l-istudenti li ħadu sehem fil-focus group qalu li jixtiequ l-unifromi, qalu li hemm oħrajn li jippreferu jibqgħu bl-uniformi kif inhi. L-istess hija l-opinjoni tal-Kap tal-iskola Paul Sammut.

Paul Sammut, il-Kap tal-Iskola qal li: “L-opinjoni tiegħi hi li jkun hemm mix, però, tgħiduli għaliex, għax f’postijiet uffiċjali nieħu gost nara l-istudenti tal-iskola tiegħi ikunu smart. Ikunu puliti, smart u anke n-nies li jarawhom, jgħidu l-istess.”

Madankollu huwa qal li ma kienx sorpriż bl-għażla tal-istudenti.

Huwa kompla billi qal li:  “Ma naħsibx li kienet sorpriża għalija le, ma kinetx. Għaliex huma vivaċi ħafna, iħobbu l-isport, iħobbu jkunu liberi u assumejt li jagħżlu t-tracksuit.”

Salvina Muscat, li qed tmexxi il-gruppi ta’ diskusjoni fl-iskejjel qalet l-fehmiet tal-istudenti kienu diversi.

Salvina Muscat, il-Konsulent għall-Ministru qalet li:  “Kellna minn kull deċiżjoni, jiġifieri min irid l-iskola, l-uniformi tibqa’ kif inhi. Kellna wkoll min irid it-tracksuit, kellna wkoll xi mistqosijiet fejn qalulna għax ma niġux mingħajr uniformi xejn. Kienu minimi, imma kellna.”

Hija saħqet ukoll dwar l-importanza li l-awtoritajiet jikkonsultaw mat-tfal qabel jieħdu d-deċiżjonijiet.

Hija kompliet tirrimarka li:  “Interessanti u kemm hu tajjeb li nisimgħu x’għandhom x’jgħidulna dawn it-tfal għax hija xi ħaġa li ma tistax tispjegaha. Xi ħaġa li aħna kultant dak huwa n-nuqqas tagħna li ma nikkonsultawx biżżejjed mal-istudenti. F’dan il-każijiet, il-primarji vera ħarġet kemm huma kapaċi jitkellmu.”

Il-konsultazzjoni se tissokta fost l-edukaturi u l-ġenituri li jibagħtu t-tfal tagħhom fl-iskejjel tal-istat lejn l-aħħar tax-xahar.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend