L-importazzjoni u l-esportazzjoni lejn ir-Renju Unit trid tkun koperta minn dikjarazzjoni tad-Dwana | One News

Notifiki

L-importazzjoni u l-esportazzjoni lejn ir-Renju Unit trid tkun koperta minn dikjarazzjoni tad-Dwana

Mit-30 ta’ Marzu li ġej, ir-Renju Unit se jkun ikkunsidrat bħala pajjiż terz, iġifieri pajjiż mhux membru tal-Unjoni Ewropea.

Għaldaqstant, id-Dwana ta’ Malta ħabbret li l-importazzjoni minn u esportazzjoni lejn ir-Renju Unit trid tkun koperta minn dikjarazzjoni tad-Dwana.

Fi stqarrija ntqal li l-operaturi ekonomiċi li jinnegozzjaw biss mar-Renju Unit jew esklussivament mar-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea għandhom jirreġistraw mad-Dwana sabiex jingħatalhom numru ta’ identifikazzjoni.

L-operaturi jistgħu jagħmlu dan billi jibgħatu email fuq [email protected] jew iċemplu fuq 25685121.

Barra minn hekk, l-istess operaturi jistgħu japplikaw għal taħriġ fuq l-użu tas-sistemi nazzjonali tal-importazzjoni u esportazzjoni, billi jimlew il-formoli meħtieġa u jibgħatuhom b’email fuq [email protected]

L-applikazzjonijiet għandhom jaslu għand id-Dwana sat-18 ta’ Frar.

Sussegwentament, id-Dwana se tinforma lill-applikanti bid-dati ta’ meta se jsiru l-korsijiet tat-taħriġ.

Dawk l-operaturi li se jużaw is-servizzi tal-Custom Brokers biex jiddikjaraw l-importazzjoni u l-esportazzjoni tagħhom m’għandhomx għalfejn japplikaw għal dan it-taħriġ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend