Il-Qorti Tajlandiża tagħti l-ħelsien mill-arrest lill-plejer refuġjat Hakeem Al-Araibi | One News

Notifiki

Il-Qorti Tajlandiża tagħti l-ħelsien mill-arrest lill-plejer refuġjat Hakeem Al-Araibi

Il-Qorti Tajlandiża tagħti l-ħelsien mill-arrest lill-plejer refuġjat Hakeem Al-Araibi li kien ilu arrestat minn Novembru, mal-wasla tiegħu fit-Tajlandja waqt li kien vaganza għall-qamar il-għasel.

Dan wara li l-prosekuzzjoni qalet li ma kinitx qed tfittxi għal estradizzjoni lejn il- Bahrain.

Al-Araibi huwa refuġjat li jgħix fl-Awstralja u jilgħab mat-tim ta’ Pascoe Vale f’Melbourne fl-Awstralja.

L-awtoritajiet Awstraljani kienu għamlu pressjoni għall-ħelsien mill-arrest ta’ Al-Araibi u l-Bahrain min-naħa tagħhom riedu lill-eks plejer tat-tim nazzjonali tagħhom biex jiskonta għaxar snin in absentia wara li kien akkużat li vvandaliża għassa tal-Pulizija.

Hakeem Al-Araibi ħalla pajjiżu lejn l-Awstralja fl-2014 u ngħata l-ażil politiku fl-2017.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend