Jipprotestaw biex jirriżenja l-President f'Haiti | One News

Notifiki

Jipprotestaw biex jirriżenja l-President f’Haiti

 

Dimostranti tal-Oppożizzjoni f’Haiti ħarqu tyres u tefgħu l-ġebel biex iħeġġu lill-President Jovenel Moise biex jirriżenja.

Minn tal-inqas, erba’ persuni nqatlu u għexieren oħra ndarbu f’erbat ijiem ta’ protesti fil-kapitali Port-au-Prince u bliet oħra.

Ħafna minn Haiti qed jakkużaw lil Moise u uffiċjali oħra b’korruzzjoni.

Dan kollu wassal biex numru ta’ sindki f’għadd ta’ bliet ikkanċellaw l-attivitajiet tal-karnival li kienu mistennija jsiru fil-bidu ta’ Marzu.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend