Mġarr huma r-rivelazzjoni tal-istaġun, bħalissa fit-tieni post fil-klassifika, u reċentement waqqfu s-sensiela ta’ 11-il rebħa konsekuttiva ta’ Birkirkara bi draw ta’ 0-0.
Il-Plejer tat-tim Nazzjonali li skorjat 122 gowl f’148 preżenza fil-kampjonat tan-nisa, bħalissa hija l-aqwa skorer ta’ Mġarr dan l-istaġun bi 8 gowls, bit-tmien gowl jiġi fir-rebħa tal-5-0 ta’ Mġarr fuq Fgura matul Diċembru.
Charles Azzopardi, Eżekuttiv PR & Marketing fi ħdan il-Bank of Valletta ippreżenta it-trofej tal-BOV Plejer tax-Xahar tan-Nisa lil Brenda Borg. Bank of Valletta huwa sostenitur ewlieni ta’ inizjattivi sportivi u kif ukoll l-isponsor ewlieni tal-kampjonat tal-futbol tan-nisa f’Malta.