Tliet persuni arrestati wara li nqabdu bid-droga kokaina – One News

Notifiki

Tliet persuni arrestati wara li nqabdu bid-droga kokaina

Raġel ta’ 43 sena u mara ta’ 40 sena it-tnejn miż-Żejtun flimkien ma’ żagħżugħ ta’ 21 sena minn Ħaż-Żabbar ġew arrestati wara li nqabdu b’pussess tad-droga suspettata kokaina.

Ir-raġel ta’ 43 sena nstab b’ammont ta’ qratas tad-droga kokaina li jindikaw li dawn ma kinux għall-użu esklussiv tiegħu.

It-tliet persuni ġew arrestati minn membri tal-iskwadra ta’ kontra d-droga.

Huma mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend