Tifla ta’ 12-il sena l-isptar wara li ttajret minn vettura fin-Naxxar – One News

Notifiki

Tifla ta’ 12-il sena l-isptar wara li ttajret minn vettura fin-Naxxar

Tifla ta’ 12-il sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqet minn vettura fin-Naxxar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9am fi Vjal il-21 ta’ Settembru, meta għal xi raġuni t-tifla ntlaqtet minn vettura tat-tip Mitsubishi L200 misjuqa minn raġel ta’ 51 sena mill-Mosta.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet it-tifla l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend