Ilħna ta’ Poplu – Il-Maltin: Għemilhom, Drawwiethom, Ġrajjiethom huwa l-ktieb miktub min Steve Borg, li jirrakkonta ġrajjiet ta’ missierijietna.
Il-ktieb ta’ Borg jinkludi fih tliet temi prinċipali li jissemmew fit-titlu tal-ktieb.
“L-istil li ktibtu, s-sototitlu: Għemilom, Drawwiethom, Ġrajjiethom. Mela x’għamlu huma, l-isfond soċjokulturali Malti ta’ dak iż-żmien u l-ġrajja ta’ ħajjiethom,” qal is-Sur Borg.
Dan il-ktieb, li huwa t-tieni volum, jirrakkonta ġrajjiet ta’ nies li għexu fis-seklu għoxrin, fl-epoka bejn iż-żewġ gwerer dinija.
F’dan iż-żmien, il-gzejjer Maltin kienu mifnija bil-faqar. Minkejja dan missirijietna ppruvaw kulma setgħu biex jaqilgħu lira għall-familthom, sabiex ikollhom l-ikla ta’ kuljum.
Ir-riċerka tas-Sur Borg, li ilha għaddejha madwar għoxrin sena, tinkludi diversi ilħna ta’ nies differenti.
Qal: “Jien bdejt niddentifika rakkontaturi li ħassejt li kienu validi li għandhom storja xi jgħidu. Imma min barra dak li bdew jgħiduli bdejt insib nies jivverifikaw dak li bdew jgħiduli r-rakkontaturi.”
Ir-riċerka kompliet billi Borg studja dokumenti tal-Gvern Kolonjali Ingliż, fl-Arkivji Nazzjonali,fejn sab dokumenti miktubin dwar avvenimenti li ġraw f’din l-epoka, iżda qatt ma ġew ippubblikati.
Il-ktieb jinkludi wkoll diversi ritratti personali li huma tal-familji tar-rakkontaturi.
Min naħa tiegħu ċ-Chairperson ta’ Fondazzjoni Ideat, is-Sur Dominic Grech qal ma’ ONE News li attivitajiet bħal dawn jagħtu ġieħ lill-awturi Maltin.
“Din is-sena l-Fondazzjoni Ideat ħasset il-bżonn ilhi nibdew nimbarkaw fuq inizzjattivi sabiex anke nagħtu ġieħ lil dawk il-persuni u awturi Maltin ilhi jagħtu ġieħ lill-lingwa Maltija permezz tal-ktieba tagħhom u dawk li f’kitbithom jiktbu jagħtu ġieħ il-patrimonju, il-wirt kuturali, letterarju, artistiku tal-poplu tagħna,” saħaq is-Sur Grech.
Il-ktieb li miktub fl-ewwel persuna jolqot il-gosti ta’ bosta, kif qal ma’ ONE News l-awtur ta’ dan il-ktieb.
“Jien lil qarrejja x-xewqa hi li nwasslihom ktieb b’Malti sabiħ, li jpaxxi u li huwa mimli veritajiet li forsi semmawhom min nanniethom imma qatt ma’ kienu miktubin,” temm jgħid.
Ritratt: Matthea Sghendo