Nar perikoluż jinfirex fi New Zealand | One News

Notifiki

Nar perikoluż jinfirex fi New Zealand

Eluf ta’ persuni ġew evakwati minn South Island fi New Zealand hekk kif pumpiera u ħamsa u għoxrin ħelikopter qed jissieltu nirien li kull ma jmur qed isiru aktar qalila minħabba r-riħ.

In-nar beda sitt ijiem ilu viċin il-belt ta’ Nelson, u nfirex b’rata mgħaġġla tant li l-belt ta’ Wakefield ukoll tinsab f’periklu.

Fid-distrett ta’ Tasman ġie ddikjarat stat ta’ emerġenza, u madwar tlett elef persuna kienu kostretti jħallu djarhom.

Ir-riħ mistenni jkompli jiqliel, u uffiċjali wissew li l-jum tal-Ħadd jista’ jkun punt ta’ periklu kritiku minħabba n-nirien.

Dan il-każ huwa maħsub l-agħar nar li tkebbes f’foresti fi New Zealand sa mill-elf disa’ mija ħamsa u ħamsin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend