L-għoti taċ-ċavetta għall-kirja ħa tkun biss il-bidu tal-proċess mhux it-tmiem – il-Prim Ministru Joseph Muscat | One News

Notifiki

L-għoti taċ-ċavetta għall-kirja ħa tkun biss il-bidu tal-proċess mhux it-tmiem – il-Prim Ministru Joseph Muscat

F’attivita politika fiċ-Ċentru Laburista tal-Imġarr, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat beda billi qal li xi kultant ikollna bżonn infakkru dak li naħsbu li hu ovvju u li jintesa malajr wisq. Filwaqt li awgura lill-Pawlini kollha f’jum il-festa pubblika ta’ San Pawl, awgura fuq kollox lill-ħaddiema bħal-lum għaliex stqarr li illum permezz tal-wegħda li saret fl-elezzjoni li għaddiet u li bdiet titwettaq , festa pubblika li tinzerta l-Ħadd, il-ħaddiema mhux ħa jkunu qed jitilfuha mil-leave tagħhom.

Fisser kif dan huwa zvilupp hekk kif il-ħaddiema se jingħatalhom dak li ħaddieħor kien ħadilhom bla ma avzahom u sissa qal li f’zewġ baġits tajna lura dak li l-ħaddiema ttieħdilhom. Il-prim ministru qal li dan huwa r-raġuni għaliex dan il-gvern qed jikseb ir-rizultati għax għandna pjan u qed inwettquh.

Il-Prim Ministru semma s-sodisfazzjon li kellu din il-ġimgħa meta ra pass kruċjali biex f’Malta ikollna finanzjament ta’ ħamsin miljun ewro li permezz tiegħu ħa jkun hawn ħames mitt appartament ġdid ta’ housing soċjali. Qal li dan huwa wieħed mill-akbar investimenti li qatt saru fil-housing soċjali minn kwalunkwe gvern u f’dan l-aħħar kwart ta’ seklu.

Hawnhekk fakkar kif huma tmenin fil-mija tal-Maltin u l-Għawdxin li huma sidien ta’ djarhom. Fakkar ukoll kif illum is-sussidju huwa erba’ darbiet aktar minn dak li kien jingħata lil dawk tal-kera. Hawnhekk semma it-tieni punt li l-gvern qed jaħdem fuqu b’mod iffukat ħafna, il-white paper dwar il-qasam tal-kera f’Malta.

Il-Prim Ministru sostna li għalhekk irid jinħoloq bilanċ bejn min jikri u bejn min hu sid u tenna li l-Gvern qiegħed hawn biex jekk hemm problema, jsolvieha.

It-tielet qasam li tkellem dwaru l-Prim Ministru huwa ta’ dawk il-persuni li jixtiequ jixtru u jekk tgħinhom ftit, dawk il-persuni jkunu jistgħu jixtru propjeta tagħhom. Il-qasam tal-housing affordabbli fejn għal ħafna snin ilna bla investiment f’dan il-qasam.

Hawnhekk il-Prim Ministru għadda għar-raba settur li tkellem dwaru l-Ħadd filgħodu li huwa dak tal-housing soċjali – fejn għal darboħra rrikonoxxa li f’pajjizna hawn il-faqar u sostna li r-ruħ soċjali tal-gvern tgħin biex verament tingħata għajnuna xierqa lil min verament għandu bzonn.

Il-Prim Ministru fisser kif proġett tal-housing soċjali jieħu zmien għax jieħu inkonsiderazzjoni għadd ta’ punti fosthom dawk ambjentali. Fakkar kif dawn il-ħames mitt post se jkunu mferxin fuq tnejn u għoxrin lokalita biex b’hekk ikunu mqasmin u hekk tintegra lin-nies mal-kumplament tas-soċjeta. Qal li għalhekk din hija raġuni oħra għaliex qed iduru fuq dan il-proġett biex ma tinzerax iz-zerriegħa għal problemi fil-futur.

Bidla differenti oħra li qed issir f’dan il-qasam, qal il-Prim Ministru, hija l-mentalita ġdida. Qal li l-għoti taċ-ċavetta għall-kirja ħa tkun biss il-bidu ta’ proċess u mhux it-tmiem. Dan għaliex fi kliemu, l-familja li tkun daħlet f’post soċjali, se tkun segwita permezz ta’ social workers u l-istat se jkun qed jieħu ħsieb li jkompli jsegwi kazijiet tal-aktar nies vulnerabbli.

Lejn tmiem id-diskors tiegħu, l-Prim Ministru tenna li huwa kruċjalissimu li nkomplu naħdmu biex ngħollu isem pajjizna. Dan fl-istess waqt li għada, min-naħa tal-partit nazzjonalista, se jsir attentat iddisprat ieħor biex jaraw kif jitfgħu d-dubju u t-tajn fuq isem Malta.

Huwa temm billi appella biex kulħadd jifhem x’se jkun il-punt tat-tluq għall-elezzjoni tal-parlament ewropew u qal li dan qed jgħidu biex minn issa, ssir ħidma biex mija u ħamest ijiem oħra verament jitwassal il-messaġġ li hemm bzonn jitwassal u nkunu nistgħu nagħzlu l-aħjar rapprezentanti għal Malta fil-Parlament Ewropew.

Zied jgħid li dawn iridu jintgħazlu bil-mentalita ta’ moviment miftuħ għal kulħadd u li jgħaqqad nies minn diversi oqsma tal-ħajja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend