Gvern bi pjan ċar u li qiegħed jikseb ir-riżultati | One News

Notifiki

Gvern bi pjan ċar u li qiegħed jikseb ir-riżultati

Fl-Imġarr, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat tkellem dwar kif l-aħħar ġimgħa kompliet turi d-differenza fil-mod kif inħarsu fuq l-iktar kwistjonijiet li jolqtu n-nies direttament.

Huwa semma s-sodisfazzjon li kellu hekk kif sar pass kruċjali biex f’Malta ikollna finanzjament ta’ ħamsin miljun ewro li permezz tiegħu ħa jkun hawn ħames mitt appartament ġdid ta’ housing soċjali. Qal li dan huwa wieħed mill-akbar investimenti li qatt saru fil-housing soċjali minn kwalunkwe gvern u f’dan l-aħħar kwart ta’ seklu.

“M’hemmx soluzzjoni waħda, punt wieħed imma huwa qasam li trid toħloq bilanċ u l-ewwel punt li minnu rridu nitilqu dejjem huwa li 80% tal-familji huma sidien ta’ djarhom, huma nies li jagħmlu sagrifiċċji kbar biex jiksbu r-riżultati mixtieqa,” saħaq il-Prim Ministru.

Huwa qal li l-Gvern se jkompli joffri għajnuniet permezz tal-iskema tal-first time buyers u fakkar kif illum il-ġurnata, is-sussidju huwa erba’ darbiet aktar mis-sussidju li kien jingħata qabel l-elfejn u tlettax.

It-tielet qasam li tkellem dwaru l-Prim Ministru huwa l-housing affordabbli, li permezz ta’ ċertu skemi, dawk il-persuni li jixtiequ jixtru u ma jistgħux, tgħinhom ftit biex ikunu kapaċi jagħmlu dan il-pass:

Dr. Muscat qal li “Li inti tgħin lill-persuni li għandhom 40 sena li jidħlu sabiex ikunu jistgħu jieħdu loan mal-bank u rridu noqgħodu attenti li ma rridux inwasslu l-messaġġ li dak li jkun jidħol għal piż li ma jiflaħx.”

Minn dan is-settur wassalna għar-raba’ settur – settur tal-housing soċjali.

“Rridu nkunu ċari ħafna u rrid nerġa nitkellem ċar ħafna, jien ma nistax nibgħat messaġġ u sinjal li b’xi mod jew ieħor l-gvern ħa jaqbad dal-500 post flimkien mat-800 oħra li għandna, li dawn ħa naqbdu inti trid post? Ħa ħu ċavetta,” sostna l-Prim Ministru.

Għal darboħra rrikonoxxa li f’pajjiżna hawn il-faqar u sostna li r-ruħ soċjali tal-gvern tgħin biex verament tingħata għajnuna xierqa lil min verament għandu bzonn.

“Le, irridu nkunu ċari li l-housing soċjali qiegħed għal min veru għandu bżonn u mhux qiegħed hemm biex tiffranka lira, biex tiffranka lira ma tistax tiffranka minn ħalq it-tax payer, jiddispjaċini, dawk il-flus qegħdin hemmhekk għal min għandu bżonn,” qal il-Prim Ministru.

Innota li punt ieħor importanti ħafna huwa dak li jinħolqux ghettos soċjali ġodda. Fakkar kif dawn il-ħames mitt post se jkunu mferrxin fi tnax-il lokalità biex jgħin titħaffef l-integrazzjoni mal-kumplament tas-soċjetà – u ma tinzerax iz-zerriegħa għal problemi fil-futur.

Il-Prim Ministru għamilha ċara wkoll li trid tidħol mentalità ġdida li li permezz tagħha l-għoti taċ-ċavetta għall-kirja ħa tkun biss il-bidu tal-proċess mhux it-tmiem.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend