Daqshekk sewqan għal Prinċep Philip – jċedi l-liċenzja tas-sewqan minn jeddu | One News

Notifiki

Daqshekk sewqan għal Prinċep Philip – jċedi l-liċenzja tas-sewqan minn jeddu

Id-duka ta’ Edinburgh m’huwiex se jsuq iżjed wara li minn jeddu ċeda l-liċenzja tas-sewqan.

Dan wara li l-Prinċep ta’ 97 sena kien involut f’inċident ħdejn Sandringham f’Norfolk ix-xahar li għadda. Dakinhar il-Land Rover li kien qed isuq spiċċa fuq ġenbu wara inċident ma’ karozza misjuqa minn mara. Jumejn wara l-inċident huwa deher jsuq vettura oħra mingħajr ċintorin tas-sigurtà.

Fi stqarrija mill-Palazz ta’ Buckingham intqal li l-Prinċep rritorna l-liċenzja tas-sewqan tiegħu lill-uffiċjali tal-Pulizija is-Sibt. Min-naħa tagħhom, il-Pulzija ikkonfermaw li din se tiġi rritornata lura lill-Awtorità  tal-Liċenzji.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend