It-taħdita li jmiss fil-mużew Il-Ħaġar (Pjazza San Ġorġ, Victoria) se ttiha bl-Ingliż Dr Maria Frendo l-Ġimgħa 22 ta’ Frar fis-7.30 pm fl-ewwel anniversarju minn meta s-Surmast Joe Vella ħalliena tant bla ħsieb.
L-ewwel Joseph Vella memorial lecture jisimha “Joseph Vella: A Man for all Seasons”.
Wara jsir il-ftuħ uffiċjali ta’ wirja temporanja dwar il-Professur bħala pijunier fl-użu ta’ testi Maltin.
Kif nafu, fil-5 anniversarju ta’ daċ-ċentru kulturali, ta l-Joseph Vella Music Archive liIl-Ħaġar ftit sigħat qabel mewtu.
M’hemmx ħlas tad-dħul iżda nirrikmandaw nota fuq events@heartofgozo.org.mt.
Attivitajiet oħra għal dawn l-anniversarji jinkludu 2 kunċerti s-Sibt: mutetti sagri mill-Liverpool Cathedral Choir (fil-Bażilika ta’ San Ġorġ f’12.00 pm) u kompożizzjonijiet tiegħu (fl-Awla Mons Farrugia fit-8.00pm).
Il-Ħadd 24 ta’ Frar hemm quddiesa fil-11.00 am mal-kor Laudate Pueri f’San Ġorġ u Ikla.