F’każijiet separati Andrej Denika ta’ 47 sena, u Razvan Aurel Stefan ta’ 38 sena tressqu l-Qorti wara li l-Ħamis li għadda ġew arrestati fil-venda tal-Belt .
Ir-Rumen Andrej Denika ta’ 47 sena, tressaq il-Qorti akkuzat li seraq kartiera fuq tal-linja u somma flus minn ATM f’San Giljan lura f’Diċembru li għadda.
L-ispettur Jeffrey Scicluna saħaq li r-Rumen ġie arrrestat jumejn ilu fil-venda tal-Belt wara rapport anonimu li kien hemm 3 persuni jisirqu.
Il-prosekuzzjoni saħqet li filwaqt li jumejn ilu dan ma laħaqx seraq, kien imfittex għas-serq ta’ Diċembru li għadda.
L-Avukat difensur Dr. Lennox Vella saħaq li minħabba li l-fedina penali hija nadifa u l-ammont misruq huwa wieħed żghir, għalhekk m’għandux jingħata sentenza ta’ prigunerija effettiva.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Dr. Astrid May Grima tat sentenza ta’ 6 xhur habs sospiżi għal sena.
Dan filwaqt li huwa mitlub jrodd lura fi żmien xahar is-somom ta’ 375 ewro flimkien mal-credit cards li seraq.
Minn naħa l-oħra Razvan Aurel Stefan li wkoll ġie arrestat nhar il-Ħamis fil-venda tal-Belt, ġie akkuzat b’numru kbir t’akkuzi ta’ serq.
L-akkużat li jaħdem bħala furnar wieġeb ħati għall-akkuzi miġjuba kontrih. Is-sentenza tiegħu se tingħata nhar l-14 ta’ Frar.