Jissemmew l-10 żgħażagħ li mietu maħruqa f'Rio de Janeiro | One News

Notifiki

Jissemmew l-10 żgħażagħ li mietu maħruqa f’Rio de Janeiro

 

 

 

Ġew ippublikati l-ismijiet tal-10 vittmi żgħażagħ tat-tim tal-futbol Flamengo li mietu mewta traġika wara li nħaraq il-bini li fih kienu reqdin.

Il-vittmi kienu qegħdin f’Ninho de Urubu, il-faċilitajiet tat-taħriġ tat-tim Brażiljan f’Rio de Janeiro.

Erbgħa minnhom kellhom14-il sena, 5 oħra kellhom 15-il sena u l-10 vittma kellu16-il sena.

Fl-istess inċident weġġgħu tliet żgħażagħ oħra, wieħed minnhom serjament.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend