Ikomplu l-laqgħat għat-tieni summit bejn l-Istati Uniti u l-Korea ta' fuq | One News

Notifiki

Ikomplu l-laqgħat għat-tieni summit bejn l-Istati Uniti u l-Korea ta’ fuq

 

Il-mibgħut tal-Istati Uniti għall-Korea ta’ Fuq irritorna lura minn Pyongyang, fejn kellu laqgħat biex isiru l-preparamenti għat-tieni summit bejn il-mexxejja tal-Istati Uniti u l-Korea ta’ Fuq.

Stephen Biegun qatta 3 ijiem f’diskussjonijiet, u uffiċjali tal-Istati Uniti qal li se jerġa jiltaqa mal-kontroparti tiegħu.

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump ikkonferma li se jiltaqa ma’ Kim Jong-un tal-Korea ta’ Fuq f’Hanoi, fil-Vjetnam lejn l-aħħar ta’ Frar.

Trump qal li r-rappreżentanti tiegħu kellhom laqgħa produttiva u li kien jinsab ħerqan sabiex ikun hemm iktar paċi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend