Almer Mabilanga Nanol tpoġġa taħt probation għal tlett snin wara li fil-qorti ammetta li kkawża ġrieħi fuq raġel ieħor. Il-każ seħħ f’Settembru li għadda ġol Mosta. Minnufih huwa ammetta l-akkuża miġjuba kontrih. Fil-Qorti ntqal li anke l-vittma ħafer lill-imputat.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud ħadet in konsiderazzjoni li l-impitat qatt ma xellef difrejh mal-ġustizzja u l-ammissjoni bikrikja tieghħu.
L-istess ġurdikant ordna sabiex l-imputat jingħata l-għajnuna kollha meħtieġa.