Għaxar persuni mejta wara nirien fiċ-ċentru għat-taħriġ taż-żgħażagħ ta' Flamengo f'Rio de Janeiro fil-Brażil | One News

Notifiki

Għaxar persuni mejta wara nirien fiċ-ċentru għat-taħriġ taż-żgħażagħ ta’ Flamengo f’Rio de Janeiro fil-Brażil

Għadha kif ħarġet l-aħbar li kien hemm nirien fid-dormitorju taċ-ċentru għat-taħriġ taż-żgħażagħ ta’ Flamengo, f’Rio de Janeiro fil-Brażil, li ħalla għaxar persuni mejta.

Tlieta oħra ġew feruti meta n-nar ħa f’Ninho de Urubu, it-training ground tal-klabb rinomat Brażiljan Flamengo f’Rio de Janeiro.

L-inċident seħħ meta l-plejers kienu reqdin u l-kawża għadha mhijiex magħrufa.

Flamengo huwa wieħed mill-ikbar u l-iktar klabbs popolari fil-Brażil, li minnu ħarġu plejers kbar bħal Zagallo, Bebeto, Adriano u Ronaldinho fost l-oħrajn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend