Paul Anthony Formosa, l-imprenditur Malti ta’ 52 sena li ftit tal-jiem ilu nqatel fis-Somalja, ngħata l-aħħar tislima fis-Somalja. Dan qabel il-katavru tiegħu jinġieb lura Malta għad-difna.
Il-katavru ta’ Formosa, se jkun qed jinġieb lura Malta mill-kumpanija li timpjegah, P&O Ports. Kelliem għall-Ministru għall-Affarijiet Barranin qal li l-kumpanija li hi minn Dubai, qed tagħmel l-arranġamenti kollha u li l-Ministeru qed joffri l-appoġġ kollu.
Formosa ta’ 52 sena minn Marsaskala nqatel ftit tal-jiem ilu minn żewġ persuni b’arma tan-nar fil-port ta’ Bosaso fl-istat ta’ Puntland.
Skond midja barranija, iż-żewġt irġiel għamluha taparsi kienu żewġ sajjieda, fejn sparaw tiri lejn Formosa, b’għadd ta’ tiri ġew sparati lejn rasu.
Il-grupp terroristiku Al-Shabaab refa’ r-responsabbiltà ta’ dan id-delitt.