Aktar minn nofs in-negozji marru aħjar fl-2018 – One News

Notifiki

Aktar minn nofs in-negozji marru aħjar fl-2018

Ġew ippreżentati ir-riżultati tal-istħarriġ tan-negozju għal-2018 mill-GRTU bl-istħarriġ sar fost 250 negozju li wrew kif 51% tan-negozji għamlu żieda fin-negozju u 32% baqgħu l-istess mis-sena ta’ qabel.

Il-GRTU qalet li huwa ċar li n-negozji mhux qed jistrieħu fuq ekonomija tajba imma qed jagħmlu sforz biex iżidu. Ħareġ li 63% ta’ dawk li wieġbu qalu li marru kif stennew, 24% marru aħjar milli stennew u 13% agħar.

70% qalu ma jbigħux onlajn filwaqt li 30% ibigħu, bir-riżultat juri żieda ta’ 18% meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Mir-riżultati ħareġ li 46% qalu li kellhom l-istess rata ta’ qligħ daqs sena ilu, 32% aħjar minn sena ilu u 22% agħar.

51% qalu li l-bejgħ ma jiġix affettwat miż-żmien tal-Milied, filwaqt li nofs in-negozji kienu sodisfatti bil-bejgħ fil-Milied.

Kważi 80% tan-negozji qalu li n-negozji marru l-istess jew aħjar mis-sena l-oħra fi żmien tal-Milied. 63% qalu li Black Friday ma taffettwax il-qligħ tas-sena kollha. 91% tan-negozji jaħsbu li l-2019 ha tkun l-istess jew aħjar mis-sena l-oħra.

27% tan-negozji qalu li qed jippjanaw li jespandu matul din is-sena. Fost l-ikbar sfidi li qed jaffaċċjaw in-negozji, issemmew l-isfida tal-ħaddiema, kif ukoll il-kompetizzjoni mix-xiri onlajn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend