Trump konvint li jista’ jinqered l-istat iżlamiku – One News

Notifiki

Trump konvint li jista’ jinqered l-istat iżlamiku

Il-President Amerikan Donald Trump qal li territorji fis-Sirja u l-Iraq li bħalissa huma maħkuma mill-Istat Iżlamiku kapaċi jinħelsu fi żmien ġimgħa.

Huwa qal dan waqt laqgħa mal-imsieħba involuti fil-White House, fejn żied jgħid li fi żmien ġimgħa, l-Istati Uniti se tieħu lura mija fil-mija tal-kalifat. Minkejja dan huwa mhu se jkun qed jagħti l-ebda ordni uffiċjali qabel il-mument opportun.

Dan speċjalment wara li Uffiċjali tal-Intelliġenza Militari tal-pajjiż ħarġu jwissu li l-Istat Iżlamiku kapaċi jikseb il-poter mill-ġdid jekk l-Istati Uniti meta timplimentax l-operazzjonijiet kollha ta’ kontra t-terroriżmu.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend