Melita tat donazzjoni ta’ ewro (€1) għal kull persuna li għamlet donazzjoni lil L-istrina 2018 permezz tal-mobajl jew mil-linja fissa tat-telefon tal-Melita.
B’riżultat ta’ dan, €20,000 kienu ppreżentati lill-Malta Community Chest Fund Foundation u €10,000 oħra ngħataw lid-Dar tal-Providenza.
Iż-żewġ għotjiet inkludew ukoll fondi addizzjonali miġbura mill-impjegati ta’ Melita.
Mireille Muscat, Kap tal-Marketing ta’ Melita, qalet: “L-istrina hi avveniment li jgħaqqad lill-poplu Malti kollu biex jgħin lil dawk fil-bżonn. Kull sena, il-klijenti ta’ Melita għandhom sehem kbir f’din il-manifestazzjoni nazzjonali. Aħna nħossu li hu importanti mhux biss li nirrikonoxxu l-kontribut tagħhom, imma ukoll li ningħaqdu magħhom biex nappoġġjaw kawżi li l-poplu għandu l-iktar għal qalbu.”