Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May mistennija tirritorna Brussell aktar tard din il-ġimgħa biex tipprova tikknvinċi l-Mexxejja Ewropej dwar obbligazzjonijiet legali li għandhom fid-dawl ta’ tibdil riċenti fil-ftehim dwar Brexit.
Il-Prim Ministru May għandha tinsisti li r-Renju Unit ma jistax jibqa’ maqbud b’dan il-ftehim, u se tipprova tikkonvinċi l-Ewropa biex ikunu riżolti l-kwistjonijiet tal-fruntiera Irlandiża.
Fi kliem May, il-ftehim li kien apporvat mill-Unjoni Ewropea għandu jinbidel biex jikseb l-appoġġ tal-membri parlmentari Ingliżi. Dan wara li f’vot f’Westminster ix-xahar li għadda, il-Parlament Ingliż ivvota konrih.
Minkejja l-isforzi ta’ May, s’issa l-Unjoni Ewropea dejjem irrifjutat li tbiddel il-ftehim dwar Brexit, minkejja nuqqas ta’ appoġġ inkwetanti mill-Parlament Ingliż.