L-awtoritajiet Filippini ddikjaraw li feġgħet il-marda tal-ħosba f’bosta żoni li jinkludu Manila, l-kapitali tal-Filippini.
Skont id-Dipartiment tas-Saħħa Filippin mis-26 ta’ Jannar s’issa kien hemm 1,813 -il każ ta’ ħosba u 26 mewt. Dan ifisser li kien hemm żieda ta’ 74%.
Il-ħosba tista’ tkun perikoluża ħafna għat-tfal żgħar u t-trabi.
Hemm il-biża dwar dawk it-2.4 miljun tifel u tifla li ma ġewx vaċċinati.
Il-ħosba tinxtered permezz ta’ sola u għatis. L-ewwel sintomi jinkludu deni, sola, u l-għajnejn jintefħu.