Anke l-aħjar kittieba jiġu rifjutati- però mhux kollha jirċievu apoloġija wara 70 sena.
Il-Kunsill tar-Renju Unit talab skuża lil George Orwell, il-kittieb ta’ “Animal Farm”, wara li rrifjutalu xogħol li kiteb 70 sena ilu.
L-awtur ta’ “1984” u “Animal Farm” kiteb ukoll “In Defence of English Cooking” fl-1946 .
Però l-Kunsill li jippromwovi relazzjonijiet Brittanniċi ma’ pajjiżi oħra, qal lil Orwell li “mhux pass għaqli li dan ix-xogħol jiġi ppubblikat għall-qarrej tal-kontinent”.
L-editur irrikonoxxa dan ix-xogħol ta’ Orwell bħala eċċellenti però b’eċċezzjoni waħda dwar ir-riċetta li titratta dwar il-marmalade tal-larinġ, għaliex fiha “wisq zokkor u ilma”.