210,000 ewro inġabru mill-Kampanja Pink October organizzata minn Marigold Foundation.
Tul ix-xahar ta’ Ottubru, mart il-Prim Ministru, is-Sinjura Michelle Muscat, tellgħet bosta attivitajiet immirati sabiex tkompli titqajjem aktar kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider.
Il-fondi miġbura se jibbenefikaw minnhom pazjenti morda bil-kanċer.
Fil-fatt, 100,00 ewro ngħataw lill-Breast Clinic fl-Isptar Mater Dei sabiex nisa morda bil-kanċer tas-sider jingħataw kupuni biex jieħdu ħsieb lilhom infushom. Il-Kap tad-Dipartiment tal-Kirurġija u Breast Clinic Gordon Caruana Dingli qal li statistika tal-Unjoni Ewropea li ħarġet din il-ġimgħa wriet li 87 minn 100 mara morda bil-kanċer, jgħixu minn tal-inqas 5 snin.
Gordon Caruana Dingli Kap tad-Dipartiment tal-Kirurġija u Breast Clinic qal: “Dawn se nużaw l-fondi biex nagħtu vouchers bħal jonqsu mill-piż jieqfu jpejjpu mhux biss tfieq mill-marda imma jkollok kwalità ta’ ħajja aħjar”.
Organizzazzjonijiet oħra li jaħdmu u jgħinu pazjenti morda bil-kanċer bħal Europa Donna, Action for breast Cancer, Puttinu Cares, Hospice u Karl Vella Foundation ukoll ingħataw fondi minn Marigold Foundation.
Kenneth Delia mill-Hospice qal “Rajna -il fuq minn 2,000 u fondi bħal dawn jgħinuna ħafna”.
Claire Chircop minn Karl Vella Foundation qalet “Nagħtu servizz lit-tfal u l-familji li jkunu għaddejjin minn mard intuhom għajnuna u l-bżonn finanzjarju huwa ħafna.”
Is-Sinjura Michelle Muscat irringrazzjat lil kull min ipparteċipa fl-attivitajiet ta’ Pink October u lil kull min ta d-donazzjoni tiegħu.
Kellha kliem ta’ ringrazzjament ukoll lejn il-kunsilli lokali, b’għadd ta’ lokalijiet xegħlu parti mill-lokalità roza, sabiex iqajmu kuxjenza dwar l-importanza li jsiru t-testijiet neċessarji għall-kanċer tas-sider.
Michelle Muscat iċ-Ċermpersin ta’ Marigold qalet li: “Kellna record ta’ nies li kellmuna biex jipparteċipaw. Il- messaġġ wara u huma aktar aware u ma jħallux il-biexgħa. Il-flus marru għand il-poplu għal min vera għandu bżonn”.
Iżda l-ħidma tas-Sinjura Muscat ma tieqafx hawn. Dan għax ix-xahar ta’ Frar huwa ddedikat għal Mard Rari. Fejn bħalissa l-Alleanza Nazzjonali ta’ Sapport għall-Mard Rari, qiegħda tqajjem kuxjenza dwar dan.
Hija kompliet billi qalet li :”Rare disease tolqot lil hafna nies, imma tkun marida waħdek bl-stess. Nies iħossuhom iżolati u nistiednu lil dawn in-nies u jsibu support u familja li tilqahom”.