Dun Rene Camillieri jgħid li l-midja tal-Knisja hija "paġna sewda" għall-Knisja | One News

Notifiki

Dun Rene Camillieri jgħid li l-midja tal-Knisja hija “paġna sewda” għall-Knisja

Dun Rene Camilleri, li ftit tax-xhur ilu rriżenja minn vigarju episkopali tal-Evanġelizzajoni stqarr li l-midja tal-Knisja f’Malta hija waħda sewda għall-istess istituzzjoni.
Huwa stqarr dan waqt li kien qed jieħu sehem fil-programm Arena, l-Erbgħa filgħaxija fejn ġew diskussi diversi temi marbuta mal-Knisja.

Sostna li jidher ċar li fil-midja tal-Knisja hemm żbilanċ.

“L-issue tal media anke jiena nhoss li dik hija paġna sewda ftit fil-Knisja. Għax illum nafu l-midja x’poter għandha u nħoss li strateġikament u pastorlament dak huwa żball li qegħdin fih. Iġifieri jiena nħoss illi bi sfortuna ngħidha u bi swied il-qalb li l-midja tal-Knisja iva għandha bias, huwa ċar u ma jistax ikun mod ieħor mill-affarijiet kif inhuma”, qal Dun Camilleri.

Dun Rene Camilleri intervjeni waqt fil-mument li d-diskussjoni daret fuq il-midja tal-Knisja li fl-aħħar ġimgħat bdiet titmexxa minn Gege Gatt, iben l-ex ministru Austin Gatt flimkien ma’ Dun Joe Borg u Mary Ann Luari li fl-aħħar elezzjoni kkampanjat kemm felħet għall-Partit Nazzjonalista.

Kien il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali Alfred Grixti li semma dan l-istess żbilanċ. Żbilanċ li fi kliemu ppermettih l-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna.

Is-Sur Grixti rrimarka li Scicluna missu mexa fuq il-passi tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona, li dejjem żamm lill-Knisja newtrali.

Waqt Arena kien mistieden ukoll Karl Wright li għamel numru ta’ snin fil-kariga ta’ maniġer tal-istazzjon tal-Knisja, l-RTK.

Saħaq li dejjem prova jara li jkun hemm bilanċ, iżda llum il-ġurnata, għal ġid tiegħu stess, ma jsegwix dak li jkun irrappurtat mill-istazzjon tar-radju u anke mis-sit elettorniku Newbook.

“X’sar wara li tlaqt jien qas se nikkummenta jiġifieri għaliex ma nsegwihix jiġifieri għall-ġid tiegħi stess nagħżel li ma nsegwihix.

Dan is-sentiment kien espress ukoll minn Dun Ġorġ Dalli li sejjaħ il-midja tal-Knisja bħala oxxenità.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend