Tusk ikkwotat jgħid li hemm post speċjali fl-infern għal dawk li jippromovu Brexit bla pjan | One News

Notifiki

Tusk ikkwotat jgħid li hemm post speċjali fl-infern għal dawk li jippromovu Brexit bla pjan

Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk ġie kkwotat jgħid li hemm “post speċjali fl-Infern” għal “dawk li jippromwovu Brexit mingħajr pjan ta’ kif se jseħħ” – jiġifieri ta’ kif ir-Renju Unit eventwalment se joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

Huwa qal dan wara diskussjonijiet mal-politiku Irlandiż Leo Varadkar fi Brussell.

Membri Parlamentari Ingliżi li qed jappoġġjaw Brexit irreaġixxew b’rabja għall-kummenti ta’ Tusk, u akkużawh b’arroganza.

Kelliem għall-Prim Ministru Ingliż Theresa May fakkar li n-nies ivvutaw biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea, u qal li jkun tajjeb jekk kulħadd jiffoka fuq dan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend