Aġġornat: Qabda unika ta’ droga kokaina fil-Port Ħieles b’valur ta’ €11-il miljun – B’purità ta’ mija fil-mija – One News

Notifiki

Aġġornat: Qabda unika ta’ droga kokaina fil-Port Ħieles b’valur ta’ €11-il miljun – B’purità ta’ mija fil-mija

Fl-aħħar siegħat Uffiċjali tad-dwana nterċettaw madwar 60 kilo droga allegata kokaina f’kontejner tal-20 pied li fih kien hemm patalotti ta’ likwidu tal-waterproofing.

Żvelaw dan ma’ ONE News sorsi mill-Port Ħieles. L-istess sorsi qalu li l-operazzjoni ilha għaddejja għal dawn l-aħħar jumejn, hekk kif il-mod li nstabet fiha d-droga kien wieħed stramb u għalhekk ried jiġi stabbilit b ċertezza jekk is-sustanza kinitx waħda illegali.

Id-droga ġiet trasportata f’20 kontejner li telqu mill-Amerka t’isfel bid-detsinazzjoni tkun il-Lvant Nofsani iżda saret waqfa Malta. Fil-kontejners instabu 532 barmil tal-waterproofing li f’sitta minnhom instabet id-droga kokaina. Wara li saru t-testijiet neċċessarji nstab li l-purità tad-droga hija ta’ mija fil-mija.

Is-sorsi qalu li b’din is-sejba ġew infurmati l-pulizija mill iskwadra ta’ kontra droga u nħatret inkjesta maġisterjali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend