Nhar il-Ħadd li ġej issir il-ħames attività Autocross – One News

Notifiki

Nhar il-Ħadd li ġej issir il-ħames attività Autocross

L-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi (ASMK) minn Ħadd għal Ħadd tkun impenjata biex tlaħħaq mal-program ta attivitajiet li għanda ippjanati tul dan l-istaġun mifrux fuq 4 kampjonati Nazzjonali fl-imkien ma’ numru ta attivitajiet speċjali.

Nhar il-Ħadd li ġej 10 ta’ Frar 2019 l-ASMK ser tkompli l-Kampjonat Nazzjonali bil-Karozzi Autocross. Dan ser tkun qed il-ħames attivita mill-istaġun ASMK Pasta Poiatti. Il-programm ta’ nhar il-Ħadd jibda fil-11:00 am. L-attività se ssir fil-Kumpless Sportiv tal-Assoċjazzjoni f’Ta’ Qali.

Ħarsa lejn il-klassifika ġenerali fl-Autocross Modified qed naraw lil Terence Azzopardi fuq Opel Corsa fuq net tal-klassifika b’94 punt u segwit min Melo Zammit fuq Opel Corsa b’81 punt. It-tielet post preżentement huwa okkupat minn Noel Zammit fuq Fiat Punto b’78 punt.

Fl-Autocross Klassi Standard Melvin Buttigieg fuq Citroen AX jillidja l-klassi b’19 il-punt segwit min Nicovich Chircop fuq Peugeot 106 u Johann Vella fuq Opel Nova b’17 il-punt kull wieħed. Fit-tielet post insibu lil Jerom Peplow fuq Kia Avella b’13 il-punt.

Intant nhar il-Ħadd li għadda ġiet organizzata ir-raba tiġrija mill-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2018/2019 fejn b’kollox irreġistraw 17 il-kompetitur maqsuma fit-tliet Klassijiet.

Fi Klassi A Mark Mamo fuq Yamaha irreġistra l-ewwel rebħa f’din il-Klassi f’dan l-istaġun u kien segwit min Kyle Camilleri fuq mutur KTM u Bernard Sammut fuq mutur Beta.

Fi Klassi B rajna lil Garry Debono fuq mutur KTM jirbaħ din il-klassi segwit minn Daniel Caruana fuq mutur Honda. Fit-tielet post spiċċa Krist Falzon fuq mutur Husqvarna waqt li fir-raba post daħal Ryan Faenza fuq mutur Yamaha.

Fi Klassi Veteran rajna lil Carmelo Borg fuq mutur Honda jirbaħ għal darboħra din il-klassi segwit min Paul Deguara fuq mutur KTM. It-tielet post intrebaħ minn Jethro Sant fuq mutur Yamaha.

Rittrati ta’ Mario Micallef.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend