Maltija tħalli darha flimkien ma’ żewġha minħabba għargħar fl-Awstralja – One News

Notifiki

Maltija tħalli darha flimkien ma’ żewġha minħabba għargħar fl-Awstralja

Maltija kellha tħalli darha flimkien ma’ żewġha biex ġiet evakwata f’bażi militari minħabba x-xita qawwija u l-għargħar li laqat il-Grigal tal-Awstralja għal ġimagħtejn sħaħ.

Il-Maltija Ilona kellha tħalli l-benniena tagħha wara li sar it-tielet allarm ta’ evakwazzjoni f’Rosslea fl-Awstralja. Flimkien ma’ żewġha qed tgħix ġurnata b’ġurnata, torqod fuq stretchers fejn anke għamlu xi jiem jgħix f’gym ta’ skola.

Jidher li minħabba dan it-tip ta’ temp, kienu bosta li tilfu dak kollu li kellhom. F’Townsville niżlet xita qawwija li qabżet kull tip ta’ rekord komuni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend