L-attrici Jennifer Lawrence ta’ Hunger Games ser tiżżewweġ lil Cooke Maroney – One News

Notifiki

L-attrici Jennifer Lawrence ta’ Hunger Games ser tiżżewweġ lil Cooke Maroney

L-attriċi ta’ fama mondjali Jennifer Lawrence se tiżżewweġ lil Cooke Maroney.

Ir-rappreżentant tal-attriċi ta’ 28 sena – li isimha huwa sinonimu mas-serje ta’ films Hunger Games, ikkonferma l-għerusija tagħha wara spekulazzjonijiet li ħarġu fil-midja.

Dan meta l-attriċi dehret f’ritratti ma’ Maroney fi New York b’ċurkett f’idejha.

Lawrence hija waħda mill-aktar atturi mħallsa fid-dinja, u rebħet premju tal-Oscar tal-aqwa attriċi għall-parti tagħha fil-film “Silver Lining Playbook” tal-2012.

Id-data tat-tieġ għadha mhix magħrufa.

Kienet il-ħabiba tal-attriċi, Laura Simpson, li laqqgħet lil Lawrence ma’ Maroney is-sena li għaddiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend