Kollox għan-normal fil-Qorti wara theddida ta' bomba dalgħodu | One News

Notifiki

Kollox għan-normal fil-Qorti wara theddida ta’ bomba dalgħodu

Kollox lura għan-normal fil-Belt Valletta wara li aktar kmieni dalgħodu kien hemm theddida ta’ bomba fl-inħawi tal-Qorti.

Kien għall-ħabta tas-7.00 meta daħal rapport lill-Pulizija dwar theddida ta’ bomba fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta.

Għal xi ħin ingħalqu xi toroq fil-kapitali Maltija biex il-Pulizija setgħu jispezzjonaw.

Fuq il-post kien hemm ukoll uffiċjali tar-Rapid Intervention Unit, membri tal-Explosive Ordinance Disposal u oħrajn mill-iskwadra tal-klieb.

Għall-ħabta tal-10.00, is-sitwazzjoni reġgħet lura għan-normal u l-Qorti tinsab miftuħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend