Qed isiru l-aħħar xogħlijiet fuq il-grawnd tal-futbol ġdid f’Marsaskala b’investiment ta’ €2.5 miljun – One News

Notifiki

Qed isiru l-aħħar xogħlijiet fuq il-grawnd tal-futbol ġdid f’Marsaskala b’investiment ta’ €2.5 miljun

Waslu fi tmiemhom ix-xogħlijiet fil-grawnd tal-futbol f’Marsaskala b’investiment ta’ €2.5 miljun minn Sport Malta biex b’hekk ikun jista’ jitgawda mill-komunità.

Waqt zjara l-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Ian Borg, spjega kif dan huwa Gvern impenjat b’mod sħiħ u holistiku biex fuq diversi oqsma li jmissu mal-ħajja ta’ bosta, jara li jitwettaq titjib li jista’ jitgawda minn kulħadd.

Ix-xogħlijiet li saru fil-grawnd jinkludu t-tħammil u l-irdim, kostruzzjoni ta’ konkos ġdid għall-art, waterproofing, manifattura tal-gradi tal-ħadid, alterazzjoni għall-ħitan tal-ġebel, alterazzjoni fir-rampi għall-aċċessibilita’, fost xogħlijiet oħrajn.

Intant is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji Clifton Grima, qal kif il-Gvern qed jiffoka fuq it-titjib ta’ faċilitajiet eżistenti flimkien mal-bini ta’ oħrajn ġodda. Żied jgħid li kull klabb għandu jinsisti li jkollu l-aqwa faċilitajiet possibbli, imma li għandu jieħu ħsieb lil dawk li diġa’ għandu, sabiex jiġu wżati bl-aħjar mod possibbli.

Intant intqal kif ix-xogħlijiet saru wkoll f’bini taħt il-grawnd frjn fosthom jinkludu toilets, kmamar tal-banju, u kmamar għar-referees, b’dawn il-kmamar jiġu taħt il-grawnd. Apparti minn hekk dan il-grawnd se jkun qed ikollu wkoll ristorant u kċina li jagħtu fuq il-parti li mhix taħt il-grawnd.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend