Seba’ persuni mejta wara nirien kbar f’Pariġi – One News

Notifiki

Seba’ persuni mejta wara nirien kbar f’Pariġi

Seba’ persuni nqatlu f’nirien kbar li ħakmu binja fin-Naħa t’Isfel ta’ Pariġi t-Tnejn filgħaxija. Tletin persuna għadhom qed jingħataw il-kura fi sptar fl-inħawi, b’persuna minnhom tinsab f’qagħda kritika.

S’issa għadu mhux magħruf x’ikkawża n-nirien, iżda jidher li dawn infirxu fuq żewġ sulari, bil-kawża li bosta persuni li kienu fil-binja kellhom jaqbżu minn fuq il-bejt għat-triq beix isalvaw.

Madwar mitejn pumpier intbagħat biex jikkontrolla n-nirien, u bosta binjiet oħra fl-inħawi, li jinsabu viċin it-torri Eiffel, kienu evakwati.

In-nurmu ta’ persuni mejta mistenni jiżdied hekk kif għadha għaddejja l-operazzjoni ta’ salvataġġ u tifi tan-nar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend