Rekord ta' 2.6 miljun turist fl-2018 – Nefqu €2.1 biljun | One News

Notifiki

Rekord ta’ 2.6 miljun turist fl-2018 – Nefqu €2.1 biljun

Rekord ta’ 2.6 miljun turist żaru Malta bejn Jannar u Diċembru tal-2018. Dan ifisser żieda ta’ 14.3 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena 2017.

L-ammont ta’ ljieli li qattgħu f’pajjiżna dawn it-turisti żdied bi 12.5 fil-mija li b’kollox ifissru mat-18.6 miljun lejl f’Malta.

F’Diċembru 2018, żaru pajjiżna 122,759 turist; żieda ta’ 11 fil-mija meta mqabbel mal-istess xahar fl-2017.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend