Pjan ta' kontinġenza għar-Reġina u l-familja Rjali Ingliża f'każ ta' rewwixti minħabba Brexit | One News

Notifiki

Pjan ta’ kontinġenza għar-Reġina u l-familja Rjali Ingliża f’każ ta’ rewwixti minħabba Brexit

Bid-data tal-ħruġ tal-Ingilterra mill-Unjoni Ewropea dejjem toqrob, jidher li hemm ukoll tħejjijiet f’każ ta’ instabbilità u rewwixti mill-poplu Ingliż. Dawn it-tħejjijiet protezzjoni qed isiru fir-rigward tal-familja Rjali.

Id-data li fiha Brexit mistennija li sseħħ hija l-Ġimgħa 29 ta’ Marzu 2019. Is-Sunday Times Ingliża irrapurtat li qed isiru pjanijiet sigrieti biex tiġi evakwata r-Reġina u l-familja Rjali f’każ ta’ rewwixti fejn huma jittieħdu f’post sigriet.

Uffiċjal mill-Kabinett qal li dawn il-pjanijiet ta’ emerġenza ilhom ippreparati minn żmien il-Gwerra Bierda imma issa qed jerġgħu jiġu kkunsidrati fid-dawl li Brexit qed dejjem toqrob.

Fl-istess waqt, intqal ukoll li sa issa m’hemmx lok ta’ allarm.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend