Addie Magri ta’ 47 sena mill-Isla u Jurgen Vassallo ta’ 21 sena minn Bormla nżammu arrestati wara li ħebbew għal raġel ta’ 63 sena u li serquh fit-3 ta’ Frar.
L-akkużi kienu aggravati bil-vjolenza u li weġġgħu lill-vittma. Vassallo kien akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-probation.
Huma wieġbu mhux ħatja u talbu għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ġiet miċħuda. Dan peress li l-proċeduri huma fi stadju preliminari u li għad irid jixhed il-vittma.
Minħabba li Vassallo jbati minn diżabbilità ntelletwali, il-Qorti ordnat li Vassallo jinżamm fit-taqsima forensika tal-Isptar Monte Karmeli.