Jacques Scerri l-kowċ il-ġdid ta' Balzan | One News

Notifiki

Jacques Scerri l-kowċ il-ġdid ta’ Balzan

Ftit tal-mumenti ilu, permezz tal-midja soċjali, Balzan F.C. ħabbru li Jacques Scerri ser ikun l-kowċ il-ġdid tat-tim wara li Marko Micovic irriżenja fi tmiem il-ġimgħa.

Kien il-program L-Argument li nhar il-Hadd li għadda żvela li Micovic irriżenja minn kowċ tat-tim wara t-telfa ta’ 2 – 1 kontra Senglea Athletic u li l-kowċ favorit li jieħu f’idu t-tmexxija tat-tim kien l-ex Ħamrun Spartans u Tarxien Rainbows FC Jacques Scerri.

Scerri iffirma kuntratt sat-tmiem l-istaġun 2019 / 2020 bl-għażla li jiġġedded b’sena oħra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend