Il-proġett tal-pipeline tal-gass: L-istudji ta' qiegħ il-baħar waslu biex jiġu konklużi  | One News

Notifiki

Il-proġett tal-pipeline tal-gass: L-istudji ta’ qiegħ il-baħar waslu biex jiġu konklużi 

Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi mexxa taħdidiet mal-President tar-Reġjun ta’ Sqallija Sebastiano Musumeci fejn ġie diskuss il-progress fl-istudji preparatorji tal-proġett tal-gaspipeline bejn Malta u Sqallija.

Matul dawn it-taħdidiet, id-delegazzjoni tar-Reġjun ta’ Sqallija ġiet informata li l-istudjui ta’ qiegħ il-baħar waslu biex jiġu konklużi. Ġew diskussi wkoll il-passi li jmiss f’dan il-proġett biex l-implimentazzjoni tiegħu tkompli miexja skont id-dati stabbiliti u b’koperazzjoni sħiħa mar-Reġjun ta’ Sqallija.

Il-Ministru Mizzi enfasizza l-impenn tal-Gvern Malti biex dan il-proġett jiġi implimentat bl-inqas impatt possibbli u rringrazzja lil Musumeci għall-kollaborazzjoni sħiħa li l-Gvern Malti qed isib mill-entitajiet reġjonali ta’ Sqallija fl-iżvilupp ta’ dan il-proġett.

Id-diskussjonijiet iffukaw ukoll fuq opportunitajiet ta’ proġetti u inizjattivi bilaterali fil-qasam tal-immaniġġjar tal-ilma, l-użu effiċjenti tal-enerġija u l-enerġija rinovabbli.

B’riżultat ta’ dan, delegazzjoni teknika mill-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma se tiltaqa’ ma’ rappreżentanti tekniċi mir-Reġjun ta’ Sqallija biex jiġu identifikati inizijattivi ta’ prijorità għal Malta u Sqallija.

Id-diskussjonijiet enfasizzaw l-importanza ta’ dawn l-inizjattivi bilaterali biex tkompli tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn iż-żewġ gżejjer.

 

Ritratti: MEW

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend